Atletika Sport

400 atleta u kowċ se jieħdu sehem fil-Marlene® Tony Bajada Memorial Tournament 2024

Aktar minn 400 atleta u kowċ se jkunu qed jieħdu sehem fil-Marlene® Tony Bajada Memorial Tournament 2024 li se jirritorna s-Sibt 30 ta’ Marzu għat-tieni sena konsekuttiva.

Dan it-tournament hu organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun bil-kollaborazzjoni tal-Ħamrun Spartans FC Elite Academy. Dan l-avveniment se jkun organizzat fil-Victor Tedesco Stadium. It-tournament  se jkun karatterizzat minn spirtu kompetittiv u ta’ sportsmanship.

B’kollox se jipparteċipaw 28 tim fi tliet kategorija ta’ tfal li twieldu bejn l-2018 u l-2016. Ma’ dawn se jkun hemm ukoll il-parteċipazzjoni tal-Under 14, bit-tournament se jsir mit-Tnejn sal-Erbgħa għar-rebh ta’  Tony Bajada Challenge Cup.

Marlene® hu l-isponsor ewlieni ta’ dan it-tournament li mhux biss għandu l-iskop li jiċċelebra l-memorja tal-fundatur tal-Hamrun Spartans FC Elite Academy, Tony Bajada, iżda wkoll b’enfasi fuq l-importanza ta’ ikel bnin fl-isport. B’dan il-mod it-tournament jimxi fl-istess linja ta’ ħsibijiet li jmexxi ’l quddiem lill-isponsor ewlieni – dak li jippromovi ħajja attiva u sana.