Sport

Għaxaq Boċċi Club jiksbu treble

Għaxaq Boċċi Club kisbu r-rebħ tal-Easter Cup tal-kategorija Premier u l-Ewwel Diviżjoni organizzata mill-Malta Pool Association.  Dan kien it-tielet unur għall-club Għaxqi wara li aktar kmieni f’dan l-istaġun rebaħ il-kompetizzjoni knockout kif ukoll il-kompetizzjoni tal-Milied. 

Fil-finali Għaxaq Boċċi Club xejnu ghalkollox l-isfida ta’ Cospicua Dynamos bl-iskor konvinċenti ta’ 11-3. 

Il-finali tal-kategorija tat-Tieni u Tielet Diviżjoni ser tlaqqa’ lit-timijiet ta’ Cospicua Rangers C u Għaxaq Bocci Club C. Din ser tintlagħab nhar il-Ġimgha 5 ta’ April, fil-Kazin Banda San Ġorġ, f’Ħal Qormi.