Sport

Il-Polonja, l-Ukrajna u Georgia fil-fażi finali tal-Euro 2024

Wales     0          Polonja     0 

(4 – 5 wara l-għoti tal-penalties)

F’Cardiff City Stadium, ebda gowl fid-90 minuta u wisq aktar fil-ħin barrani minkejja li Wales fl-aħħar ħinijiet temmew bi plejer anqas mat-tkeċċija ta’ Chris Mepham minn Daniele Orsato.

Fl-għoti tal-penalties, wara li Daniel James falla għal Wales, kien KRYSTZOV PIATEK li għeleb lil Danny Ward biex poġġa lil Polonja fil-fażi finali tal-Euro 2024

Ukrajna    2            Iżlanda   1

F’Tarczynski Arena fi Wroclaw, żewġ gowls fit-tieni taqsima poġġew lill-Ukrajna fil-fażi finali tal-Euro 2024. Fit-30 minuta Iżlanda fetħet l-iskor permezz ta’ ALBERT GUDMUNDSSON li minn azzjoni ta’ Haraldsson għeleb lil Andriy Lunin.

Fl-40 minuta gowl ta’ Roman Yaremchuk għall-Ukrajna ma kienx ikkonvalidat bil-VAR.

Pressjoni mill-Ukrajna fit-tieni taqsima fejn fl-54 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ VIKTOR TSYNANKOV li minn azzjoni ta’ Georgiy Sudakov, għeleb lil Valdimirsson. Il-gowl deciżiv kien skorjat fl-84 minuta meta minn azzjoni ta’ Sudakov, kien MYJKHAILO MUDRYK li għamel l-iskor 2 – 1 u post fil-fażi finali tal-Euro.

Georgia   0        Grecja     0  

(4 – 2 wara l-għoti tal-penalties)

Il-kapitali Tbilisi kien hemm ċelebrazzjoniet wara li għall-ewwel darba kkwalifikat għall- ażi finali tal-Kampjonat Euro 2024.

L-ebda goal fil-Play Off f’darhom kontra l-Greċja saħansitra wara l-ħin barrani f’partita fejn Georgia lagħbu t-tieni taqsima u l-ħin barrani bi plejer anqas wara li tkeċċa Giorgi Loria. Fl-għoti tal-penalities, Georgia għaddiet 4 – 2 . Il-gowl deċiżiv skorjat minn NIKA KVEKVESKIRI wara li Giorgios Giakoumakis kien falla għal Greċja.