Lokali

“Il-poplu sar aktar sinjur” – Roderick Galdes

Skont il-Ministru Roderick Galdes – il-Maltin u l-Għawdxin qed jgħixu standard of living aħjar …u huma aktar sinjuri.

Hekk saħaq meta l-Erbgħa waranofsinhar Net News staqsih dwar riżultati ta’ riċerka mwettqa mill-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fi ħdan l-Università ta’ Malta – ċifri li wrew li l-familji Maltin u Għawdxin qed jistressawhom aktar l-isfidi finanzjarji milli mewt fil-familja. It-tweġiba ta’ Galdes kiener li fl-aħħar 10 snin …in nies saru aktar sinjuri.

Dan saħqu wara konferenza tal-aħbarijiet fejn nies taħt it-tletin sena li jaqilgħu sa massimu ta’ €30,000 fis-sena se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn assistenza f’self grazzi għall-intervent tal-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli, l-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-APS Bank.

Madanakollu ftit tax-xhur ilu, l-istess Fondazzjoni kienet spjegat li min jaqla’ paga medja ma jaffordjax jixtri proprjetà waħdu għax il-bank ma jisilfux. Dan hekk kif dawk taħt l-40 sena …biex jisselfu mill-bank …għandhom bżonn paga gross ta’ mill-inqas €25,000. U persuni li għandhom ‘il fuq minn 40 sena jeħtieġu paga li titla’ €10,000 aktar. Dan sabiex jaffordjaw appartament li jiswa medja ta’ €225,000.

Dan ifisser li dawk li għandhom minn 30 sena ‘l fuq qed jitħallew għal riħhom …bl-għajnuniet li hemm disponibbli huma l-istess li kienu meta ħarġu l-eżitu ta’ din ir-riċerka.

Dan ifisser li din l-isfida qed tkisser prattikament lill-middle class ladarba l-paga medja hija ta’ ftit aktar minn €22,000 gross fis-sena …iżda skont Roderick Galdes l-għajnuniet li diġà qegħdin hemm huma biżżejjed …filwaqt li farfarha fuq il-banek.

Intant, fl-istess waqt li qal li f’pajjiżna s-sinjuri żdiedu …ammetta li l-faqar huwa realtà. Għad hawn bosta li għandhom bżonn l-għajnuna tal-istat.

Lil Roderick Galdes, stqasejnih ukoll dwar Rosianne Cutajar. Il-Ministru Laburista jgħid li jekk hi tagħmel apoloġija …m’għandu l-ebda oġġezzjoni li tirritorna.