Fil-programm PROFILI tal-lejla, se nkunu qed niltaqgħu mas-Surmast Ray Sciberras, meqjus bħala wieħed mill-aqwa kompożituri Maltin fil-kompożizzjoni ta’ għadd ta’ marċi funebri f’pajjiżna.
Matul il-programm, Ray Sciberras se jkun qed jaqsam uħud mill-ħidmiet li wettaq sa issa fid-dinja mużikali, kif ukoll x’kien dak li wasslu biex jibda jitgħallem il-mużika.
PROFILI għandu muntaġġ ta’ Beverly Abela u produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul.
Il-programm tal-lejla se jkun qed jibda wara l-aħbarjiet fit-8.30pm.
