Lokali

Imut Johnny Micallef – eks kunsillier tal-PN f’Ħal Luqa

Miet Johnny Micallef, eks kunsillier tal-Partit Nazzjonalista fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa.

Micallef deskritt bħala raġel maħbub minn kulħadd, u li kien attiv ħafna fil-kumitat sezzjoni ta’ Ħal Luqa, huwa missier Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza. Infatti, f’post fuq il-midja soċjali, appella sabiex jingħataw donazzjonijiet lid-Dar tal-Providenza.

Intant, l-aħħar tislima se ssir nhar it-Tlieta 2 ta’ April, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Luqa, fis-2pm.