Internazzjonali

Stati Uniti: Jitilfu t-tama li l-persuni mitlufa jinstabu ħajjin

It-tfittxija kompliet għall-persuni li baqgħu ma nstabux wara t-traġedja tal-pont ta’ Baltimore, meta vapur tal-merkanzija baqa’ dieħel f’dan il-pont bil-konsegwenza li kkollassa.

Fl-aħħar sigħat, sar magħruf wieħed mill-ismijiet tal-ħaddierma li għadhom rappurtati nieqsa. Rapporti qed jgħidu li l-qraba qed jinżammu f’post sigur għalihom sakemm jinstabu l-persuni kollha rappurtati nieqsa.

Sfortunatament, l-awtoritajiet tilfu kull tama li jinsabu aktar persuni ħajjin. Dan hekk kif issa għaddew ‘il fuq minn 24 siegħa mit-traġedja, filwaqt li t-temperatura tal-baħar baqgħet kiesħa ferm.

Minn naħa tiegħu, il-President tal-Istati Uniti Joe Biden qal li l-pont se jinbena malajr kemm jista’ jkun. Filwaqt li wiegħed li fil-ħin li ġej se jżur is-sit fejn seħħet din it-traġedja.