Internazzjonali

Arġentina-Kolombja: Mill-insulti sat-tkeċċija tad-diplomati…

Żdiedet it-tensjoni bejn il-Kolombja u l-Arġentina —  it-tnejn Stati Latini-Amerikani, — wara li l-President Arġentin Javier Milei insulta bl-aħrax lill-President Kolomjan Gustavo Petro waqt intervista mal-Istazzjon CNN.

Fl-intervista, Milei irrefera għal Petro bħala mexxej injorant u terrorista li ma jirrispettax il-ħajja tan-nies. Il-Kolombja, issa, irritaljat bit-tkeċċija ta’ numru ta’ diplomati Arġentini minn Bogota.

Il-President Milei, politiku radikali, hu magħruf sew bħala Mexxej li ma jomgħodx kliemu.

U waqt li l-attakki personali huma parti mill-politika tal-Amerika Latina, Milei kien issorprenda lil kulħadd meta, xhur ilu, kien attakka lill-Papa Franġisku talli qed jiddefendi lill-ġustizzja soċjali. Il-Papa kien ħafer lil Milei għall-insulti, iżda l-kliem baqa’ sallum jidwi u jissemma fost ħafna politiċi madwar l-Amerika Latina.