Sport

Il-Malta Polo Club se jorganizza The Ormsby Johnson Cup

Il-Malta Polo Club bl-għajnuna ta’ EquestriMalta, nhar is-Sibt li ġej se jkun qed jorganizza The Ormsby Johnson Cup fejn tliet timijet se jkunu qed jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni li se tintlagħab fil-Malta Equidrome fil-Marsa.

Dawn it-tliet timijiet se jkunu magħmula minn plejers ta’ esperjenza li se jilagħbu ma’ oħrajn li ftit ilhom jipprattikaw dan l-isport. L-għan hu li dawn tal-aħħar jieħdu aktar esperjenza sabiex aktar tard jikkompetu f’avvenimenti ta’ prestiġju.

Tim A se jkun iffurmat minn Matthew Borg, Petra Vella, Emma Aquilina u Matthew Grech, filwaqt li Tim B se jkollu lil Greg Gera, Jeremy Besanscon, Kim Besancon u Bex Gera. Finalment, tim C hu kompost minn Ivan Camilleri/Chris Delia, Julian Mamo, Francesca Camilleri u Ella Parker.

L-Umpires għal dawn il-logħbiet se jkunu Chris Wightman u Mark Darmanin, bl-ewwel throw jibda fl-10 ta’ filgħodu.