Lokali Qorti

Il-Qorti tal-Appell tnaqqas it-terminu ta’ ħabs għal persuna li hu reċidiv

Raġel li kien weħel il-ħabs talli ħarab mill-kustodja tal-pulizija fl-2014 kellu l-biċċa l-kbira tal-priġunerija tiegħu mnaqqsa minn qorti tal-appell, fejn mill-31 xahar ħabs li kien baqalu din niżlet għal xahrejn biss. L-Imħallef Neville Camilleri ħeles lil Carl Bonnici parti miż-żmien tal-ħabs tiegħu wara li ordna li sentenza sospiża li kien kiser ma tinbidilx f’sentenza ta’ ħabs iżda estiża, u tah l-opportunità li jkompli bir-rotta pożittiva li kien imbarka fuqha.

Bonnici kien instab ħati li ħarab mill-kustodja tal-pulizija f’Mejju tal-2014 meta kien ħarab mill-għassa taż-Żejtun, irreżista l-arrest, sar riċediv u wettaq reat matul it-terminu operattiv ta’ sentenza sospiża. Il-Qorti semgħet kif ġie infurmat bl-arrest tiegħu meta mar l-għassa biex jiffirma fuq ordni tal-Qorti.

Madankollu, ipprova jaħrab iżda nqabad minn tliet uffiċjali. Ħames snin wara, l-ewwel qorti sabitu ħati u kkundannatu seba’ xhur ħabs kif ukoll multa ta’ €4,000. Daħlet fis-seħħ ukoll sentenza ta’ 24 xahar ħabs li kienet ġiet sospiża għal erba’ snin.

L-Imħallef Camilleri sab li ma setax instab ħati li aggredixxa b’mod vjolenti lill-pulizija waqt it-tentattiv tiegħu biex jaħrab mill-arrest u għalhekk naqqas it-terminu ta’ ħabs effettiv għal xahrejn. Rapport ta’ inkjesta soċjali mħejji mill-uffiċjal tal-probation ta’ Bonnici iddettalja kif issa kien fit-triq it-tajba.

Il-qorti tal-appell ikkunsidrat ukoll il-kważi 10 snin li għaddew mill-inċident kienu wisq. Fiċ-ċirkostanzi, il-qorti rrevokat il-konverżjoni tas-sentenza sospiża f’sentenza ta’ ħabs effettiva u minflok estendiet it-terminu tas-sentenza sospiża. L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri kienu avukati difensuri.