L-ERA bdiet investigazzjoni flimkien mal-Pulizija wara li ġie nnutat li seħħ vandaliżmu fuq is-siġar tal-Fikus li hemm fil-Mosta.
Persuna jew persuni mhux magħrufa taqbu u ħaffru fiz-zkuk u fl-għeruq ta’ dawn is-siġar u tefgħu likwidu f’dawn l-istess toqob li saru.
Dan il-vandaliżmu kapaċi jwassal biex dawn is-siġar imutu kompletament. Liema siġar kienu f’nofs kontroverja s-sena l-oħra wara li l-pjazza li jinstabu fiha spiċċat pjazza tal-konkos meta kulħadd kien jafha bħala pjazza mill-isbaħ li tħaddar bis-siġar tal-fikus.
Is-siġar kienu ilhom biswit ir-Rotunda tal-Mosta għal aktar minn 50 sena, u li kienu joffru kenn lil bosta anzjani u residenti Mostin. Iżda, il-Kunsill Lokali Laburista tal-Mosta, taħt it-tmexxija tas-Sindku Chris Grech, għażel li jqaċċat dawn is-siġar u jitneħħew mill-post, b’riżultat li mijiet ta’ għasafar li kienu jistkennu fihom spiċċaw bla post fejn jorqdu u b’uħud saħansitra mietu – liema deċiżjonijiet sfaxxaw fix-xejn wara protesta li saret minn diversi persuni u kritika ma taqta’ xejn mill-pubbliku.
//= $special ?>