Lokali

Iwaqqgħu l-argumenti ta’ Abela u tal-Partit Laburista

Il-kanditati tal-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Peter Agius u Lee Bugeja Bartolo, komplew jikxu l-ipokrezija tal-Gvern u tal-Prim Ministru dwar id-difiża Ewropea.

Matul il-programm televiżiv ‘Xtra’ li xxandar din il-ġimgħa fuq TVM, Peter Agius kixef il-qerq tal-Prim Ministru Robert Abela u tal-kandidati Laburisti għall-Elezzjoni Ewropea, li qed jippruvaw jgħidu li l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Popolari mhux jirrispettaw in-newtralità ta’ Malta.

Peter Agius wera iswed fuq l-abjad li l-Partit Popolari Ewropew tant jirrispetta lil Malta li fil-manifest elettorali tiegħu jgħid ċar u tond li l-investiment fid-difiża Ewropea għandu jsir bla preġudizzju għan-newtralità ta’ ċertu Stati Membri bħal Malta.

Fuq il-programm ‘Xtra’ ġiet diskussa wkoll il-gidba ta’ Robert Abela meta qal li l-Partit Nazzjonalista jrid jibgħat lit-tfal għall-gwerra.

Peter Agius u Lee Bugeja Bartolo spjegaw kif kien Robert Abela stess, li fl-aħħar sentejn ivvota favur li l-Ewropa tibgħat l-armi lill-Ukrajna. Qal li l-Partit Nazzjonalista, kif dejjem kien, hu favur investiment għad-difiża tal-Unjoni Ewropeja – u mhux għal xi aggressjoni militari.

Il-kandidat Lee Bugeja Bartolo minn naħa tiegħu spjega li l-missjoni tal-Partit Nazzjonalista fl-Ewropa għandha tibqa’ li tiddefendi l-identità tal-Maltin u l-Għawdxin. Hu fakkar li kieku kien għall-Kummissarju Ewropew Helena Dalli, f’dan iż-żmien ta’ festi riedet li l-Maltin jgħidu l-festi t-tajba biss ..,minflok l-Għid it-Tajjeb.

Lee Bugeja Bartolo insista li bħala Maltin ma rridux nitilfu l-identità tagħna. Hu qjistħoqqilhom rappreżentant i kompetenti u preparati fil-Parlament Ewropew; u dan hu żgura fit-tim ta’ kandidati li qed joffri l-Partit Nazzjonalista.