Internazzjonali

L-ebda tama li l-vittmi neqsin wara t-traġedja ta’ Baltimore huma ħajjin

Instabu l-iġsma ta’ żewġ ħaddiema oħra mingħajr ħajja fi trakk li spiċċa għereq fix-xmara Patapsco wara li kkollassa l-pont Baltimore jumejn ilu.

Żewġ ħaddiema ġew salvati dakinhar stess, però sfortunatament erba’ ħaddiema għadhom nieqsa b’possibiltà kbira li huma kollha mejta. Dan hekk kif issa t-temperaturi kesħin tal-ilma u sigħat li għaddew huma twal wisq biex il-vittmi jinstabu ħajjin.

Ħaddiema tas-salvataġġ qegħdin jippruvaw ineħħu l-materjal perikoluż miz-zona hekk kif l-għaddasa ma għadhomx jistgħu jkomplu jfittxu wisq għal vittmi hekk kif ix-xmara saret perikoluża wisq.

Il-Pulizija ta’ Maryland qalu li erbgħa mis-sitt vitmi ġew identifikati, tnejn li nstabu mejta huma raġel ta’ 35 sena mill-Messiku u raġel ieħor ta’ 26 sena mill-Guatemala.

Waqt li tnejn mill-erba’ vittmi li għadhom nieqsa, huma raġel minn El Salvadore u raġel mill-Honduras.

Intant il-persuna li kienet l-isptar wara li telgħet mix-xmara t-tlieta stess kienet rilaxxata lbierah.