Lokali

“L-Għażla ta’ President ġdid: Sinjal ta’ maturità fix-xenarju politiku lokali” – Il-Gozo Business Chamber

Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex tilqa’ b’sodisfazzjon l-approvazzjoni unanima tal-Parlament Malti, tal-Għawdxija Myriam Spiteri Debono, bħala l-President ġdid ta’ Malta.

Il-proċess li ppreċeda l-għażla tagħha juri maturità fix-xenarju politku lokali. Il-kunsens unanimu li wassal għall-għażla tagħha, u li hija xi ħaġa ġdida wara t-tibdiliet kostituzzjonali mdaħħla fl-2020, huwa xi ħaġa
importanti ħafna għall-persuna li tokkupa dan l-Uffiċċju.

Il-President huwa meqjus bħala figura li tgħaqqad, li ħafna drabi sservi wkoll bħala l-kuxjenza tan-nazzjon, u li tagħti direzzjoni fi żminijiet ta’ kriżi. Myriam Spiteri Debono kienet kapaċi turi b’mod konsistenti fil-karriera politika tagħha, li hi kapaċi twettaq bl-aħjar mod possibbli dan ir-rwol. Il-Kamra temmen li l-għażla ta’ President ġdid wara l-emendi kostituzzjonali tal-2020, kien pass importanti fl-istorja tad-demokrazija ta’ pajjiżna, li twettaq b’suċċess miż-żewġ partiti politiċi.

Dan juri li meta l-partiti politiċi jaħdmu fuq l-affarijiet lil hinn mid-diviżjonijiet politiċi, kapaċi jinkisbu suċċessii mportanti.

Il-Kamra tawgura wkoll lil Francis Zammit Dimech għan-nomina tiegħu ta’ Aġent President.