Sport

Rebbieħa tal-Atlas Atleta tax-Xahar

Cherise Farrugia (Tiġrijiet taż-Żwiemel) u Graham Pellegrini (Atletika), huma r-rebbieħa għax-xahar ta’ Frar 2024 tal-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tax-Xahar organizzat mill-Għaqda Ġurnalisti Sports .

Cherise Farrugia, li għandha 19-il sena, kisbet il-ħamsin rebħa fil-karriera, nhar it-Tnejn 26 ta’ Frar fuq id-debba Hanouchka.

Cherise Farrugia bdiet dan l-isport ta’ età żgħira ħafna meta kienet tattendi l-akkademja tat-tiġrijiet fil-korsa tal-Marsa. L-ewwel rebħa tagħha waslet fl-1 ta’ Novembru 2020 permezz ta’ Erromanga ftit xhur biss wara li ġiet liċenzjata uffiċjalment

Graham Pellegrini li wkoll għandu 19-il sena, kiser ir-rekord nazzjonali fuq l-400m waqt li kien qed jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonati tal-Atletika Indoor tal-Balkani f’Istanbul, fejn ikklassifika quddiem atleti minn nazzjonijiet stabbiliti fl-atletika, fosthom il-Bulgarija, l-Ukrajna u l-Moldova.

It-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tax-Xahar għal Frar 2024 ġew ippreżentati lil Cherise Farrugia u Graham Pellegrini minn Matthew von Brockdorff, Direttur Maniġerjali u Kap Eżekuttiv, flimkien ma’ Robert Micallef, Chief Commercial Officer ta’ Atlas Insurance u mis-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, Lorraine Cunningham.