Kummerċ Lokali

Seminar dwar il-prosperità tal-investiment

Mix-xellug għal-lemin: Richard Bernard, Direttur mhux Eżekuttiv, HSBC Malta Funds SICAV; Steven Tedesco, Ċermen u Direttur mhux Eżekuttiv, HSBC Malta Funds SICAV; Stefanos Michalis, Senior portfolio Manager, HSBC Asset Management, Malta; Olivier Gayno, Uffiċjal Kap tal-Investiment, HSBC Asset Management Malta, Franza; Lisa Vella, Uffiċjal Kap Eżekuttiv, HSBC Asset Management, Malta; Konrad Borg Myatt, Kap tal-Investimenti u s-Soluzzjonijiet tal- Prosperità, HSBC Bank Malta.

L-HSBC Malta Funds SICAV p.l.c., b’kollaborazzjoni mal-HSBC Global Asset Management (Malta) Ltd. u l-HSBC Bank Malta p.l.c., organizzaw b’suċċess seminar dwar il-Prosperità tal-Investiment bl-isem ta’ “How to Navigate the Changing Interest Rate Environment.”

Dan l-avveniment sinifikanti, intlaqa’ tajjeb mill-pubbliku i li kien ħerqan biex jikseb aktar informazzjoni. Tul dan is-seminar saret enfasi dwar l-interess qawwi tal-komunità fi strateġiji differenti ta’ investiment, b’attenzjoni speċifika għas-suq lokali, fost ix-xenarji ekonomiċi li qed jevolvu.

L-għan ta’ dan is-seminar kien li jżid l-għarfien u l-litteriżmu finanzjarju fis-suq lokali. Fl-istess waqt dan l-avveniment ipprovda lill-parteċipanti b’analiżi komprensiva tal-perspettiva ekonomika globali u lokali.

Id-diskussjoni, li prinċipalment kienet immexxija minn Olivier Gayno, Kap tal-Investiment (HSBC Asset Management Malta, France), u Stefanos Michalis, Senior Portfolio Manager (HSBC Asset Management Malta), ikkonċentrat l-aktar fuq il-pressjonijiet inflazzjonarji li kienu esperjenzati matul l-aħħar xhur, iżda mhux biss. Fuq l-aġenda tad-diskussjoni kien hemm ukoll l-azzjoni tal-politika monetarja meħuda globalment mill-banek ċentrali u li kienet immirata lejn it-tnaqqis tal-inflazzjoni, kif ukoll l-isfidi u l-opportunitajiet li jirriżultaw u li nħolqu kemm fis-suq lokali kif ukoll internazzjonali.

Punt ieħor interessanti li kien diskuss waqt dan is-seminar kien dak dwar l-esplorazzjoni ta’ diversi strateġiji ta’ investiment u s-soluzzjonijiet offruti lill-klijenti permezz tas-sottofondi diversi taħt il-kappa tal-HSBC Malta Funds SICAV. Dawn is-sottofondi jiffukaw fuq Fixed Income, Multi-Asset u strateġiji tal-ishma (equity). Dawn id-diskussjonijiet enfasizzaw l-impenn ta’ HSBC Bank Malta p.l.c. biex iservi bħala l-għażla tal-klijent fl-amministrazzjoni tal-prosperità, u d-dedikazzjoni tiegħu li joffri soluzzjonijiet ta’ investiment li jaħsbu għall-ħtiġijiet, is-sitwazzjonijiet, u l-aspirazzjonijiet uniċi tal-istess klijenti.

Dan is-seminar dwar il-Prosperità tal-Investiment jirrifletti l-impenn ta’ HSBC li mhux biss jipprovdi opportunitajiet ta’ investiment iżda wkoll li jeduka, jaqsam l-għarfien u jagħti s-setgħa lill-klijenti tiegħu biex jieħdu deċiżjonijiet b’informazzjoni, f’ambjent u suq ekonomiku li qed dejjem jinbidlu. Dan l-avveniment jimmarka pass sinifikanti lejn il-mixja kontinwa ta’ HSBC biex jipprovdi soluzzjonijiet ta’ investiment biex jintlaħqu l-ħtiġijiet diversi tal-investituri.

Dan is-seminar kien segwit minn avveniment ieħor fejn il-pubbliku ġenerali kellu l-opportunità li jinteraġixxi u jiltaqa’ mal-professjonisti kwalifikati fil-qasam tal-investiment f’HSBC.