Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn xi ġrieħi wara inċident li seħħ fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura għall-ħabta tas-7:15 ta’ dalgħodu.
Fil-post marru l-Pulizija fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Honda misjuq mill-vittma, raġel ta’ 44 sena minn Ħaż-Żabbar, u karozza tat-tip Fiat misjuqa minn mara 26 sena mill-Fgura.
Issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur hekk kif sofra minn xi ġrieħi. Iktar tard huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>