Lokali

Statwa ġdida ta’ Kristu marbut fis-Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema

Ftit ġranet qabel il-Ġimgħa l-Kbira, is-Sacro Cuor f’Tas-Sliema qed iżanżan statwa ġdida ta’ Kristu marbut ma’ kolonna.

Fi stqarrija maħruġa mis-Soċjetà Filarmonika Sliema, jiġi spjegat kif din l-istatwa hija kkummissjonata mill-Kummissjoni Festi Parroċċa Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor. B’hekk issa se tkun qed tiżdied mas-sett ta’ statwi fis-Santwarju tas-Sacro Cuor.

Fil-każin tas-Soċjetà Filarmonika f’Tas-Sliema qed tittella’ wkoll wirja tal-Ġimgħa l-Kbira.