Lokali

Temp kważi sajfi fil-Ġimgħa tal-Għid

Il-bidu tar-Rebbiegħa tkun dejjem sinonima ma’ temp mill-isbaħ, u ġranet aktar sħan. U issa li ninsabu fil-ġimgħa tal-Għid il-Kbir, il-gżejjer Maltin mistennija jkunu ddominati minn temp sħun u xemxi illi jidher li se jkun qed jikkaraterizza l-pajjiżna f’dan iż-żmien ta’ festi.

It-tbassir tal-Uffiċċju Meterjoloġiku jindika illi l-Ġimgħa, propju fil-ġurnata tal-Ġimgħa l-Kbira, it-temp se jkun wieħed perfett għad-delettanti Maltin u Għawdxin li ilhom jippreparaw għal din il-ġurnata sa mill-Ġimgħa l-Kbira tas-sena l-oħra. It-temp, fil-fatt, mistenni  jkun xemxi u b’temperatura 22 grad celcius.

Imbgħad l-għada – Sibt-il Għid – il-ġurnata se tkun iddominata minn riħ illi se jkun qed jilħaq is-saħħa ta’ Forza 6, bl-ogħla temperatura tkun dik ta’ 22 grad celcius.

Skont l-Uffiċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, it-temp fil-ġurnata tal-Għid se jkun xemxi u sħun…u ir-riħ se jkun jilħaq Forza 4. Temp li xorta, minkejja r-riħ, mistenni jkun perfett għat-tradizzjoni li tinżamm madwar Malta u Għawdex, fejn numru ta’ reffiegħa jiġru bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt, f’ċelebrazzjoni li tfakkar il-qawmien ta’ Ġesu’ Kristu mill-mewt.