Il-Pulizija arrestat lil raġel ta’ 40 sena b’rabta mas-serqa li seħħet il-bierah għall-ħabta tal-5 am minn ħanut fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Meta daħlitilha r-rapport, il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ preliminari jirriżulta li r-raġel, allegatament armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier. Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Fortunatament ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija rnexxilha taqbad lir-raġel il-bierah stess waranofsinhar fl-Imsida. Huwa qed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farruġia li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>