Lokali

Baħar ta’ nies jinġabru għall-mixja ta’ sagrifiċċju annwali b’risq Puttinu Cares

Numru ta’ Maltin u Għawdxin żammew l-appuntament annwali tagħhom, hekk kif inġabru għall-mixja ta’ sagrifiċċju annwali b’risq Puttinu Cares, bin-numru ta’ parteċipanti jkun dak ta’ 8,000 persuna, bid-donazzjonijiet jammontaw għal 92,500 ewro.

Fil-lejl ta’ bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, baħar ta’ nies u żgħażagħ inġabru l-Mellieħa, sabiex jibdew il-mixja annwali b’risq Puttinu Cares. Mixja li hija ta’ madwar 17km u li tieħu madwar 4 jew 5 sigħat, u tiġi fi tmiemha fuq il-Fosos tal-Furjana.

Kull parteċipant f’din il-mixja jagħti donazzjoni b’risq Puttinu Cares, hekk kif matul il-ġurnata tal-Ġimgħa l-Kbira, issir il-maratona ta’ Puttinu bejn id-9:15am sat-15:00, u mbagħad mid-21:00 sa nofsillejl.