Sa tard il-Ħamis filgħaxija, bosta kienu dawk li irħewla lejn diversi knejjes u kappelli madwar pajjiżna fejn qattgħu ħin ta’ adorzazzjoni quddiem is-sepulkru. Dan hekk kif, skont it-tradizzjoni, saru is-seba’ visti fi knejjes differenti.
Matul dawn il-visti, l-Insara jfakkru seba’ episodji differenti mill-passjoni ta’ Ġesu’ – u l-mixja tiegħu lejn il-Kalvarju.
NetNews tkellem mal-Kanonku David Torpiano, il-Viċi Arċipriet fil-Parroċċa ta’ San Pawl Nawragu fil-Belt Valletta fej spjega li din it-tradizzjoni, li jingħad li tmur lura għal żmien ir-Rumani, hi waħda popolari ħafna f’pajjiżna u matul il-ġurnata tal-Ġimgħa wieħed seta’ wkoll isegwi folol imdaqqsa ta’ nsara miġbura fis-skiet, talb u adorazzjoni quddiem is-sepulkru.
Intant, NetNews tkellem ukoll ma’ voluntier fil-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta li spjegalna li sabiex l-armar tas-sepulkru jsir jeħtieġ numru ta’ voluntiera.
Intant, Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira kienu jumejn impenjattivi ferm anke għall-Papa Franġisku… fejn spikkat fost l-oħrajn iż-żjara li għamel lill-priġunieri nisa li jinsabu f’ħabs f’Ruma.
Hawn, il-Papa ħasel ir-riġlejn ta’ 12-il mara. Bil-Kap tal-Knisja Kattolika jidher f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba waqt li mexxa t-Tifkira ta’ Ħamis ix-Xirka.
Uħud mill-ħabsin dehru emozzjonati malli l-Papa niżel għarkuptejh…biex ir-riġlejn, u kompla bil-ħasil – l-istess kif għamel Ġesu’ fl-Aħħar Ċena.
L-impenja tal-Papa issa jissoktaw il-Ġimgħa filgħaxija, fejn se jmexxi l-Via Crucis tradizzjonali.
//= $special ?>