Sport Sport Ieħor

Ernesto Hoost mistieden fis-seminar organizzat minn Team Noel Kickboxing Club

Opportunita’ unika fix-xena tal-kick boxing lokali b’Seminar li għalih ser jattendi Ernesto Hoost meqjus bħala leggenda u bla dubju wieħed mill-aqwa personalitajiet ta’ kull żmien fil-kickboxing.

Seminar organizzat minn Master Noel Mercieca ta’ Team Noel Kickboxing Club li se jsir fis-6 ta’ April.

Ernesto Hoost magħruf bħala Mr.Perfect , wara li rtira bħala kickboxer professjonali attwalment huwa kowc professjonali fil-Kickboxing u K1

Hoost kien erba’ darbiet champion tad-dinja K1 jibqa’ meqjus bħala wieħed mill-aqwa kickboxers ta’ kull zmien. Mid-debutt fl-1993 fil-World Gran Prix tal-K1 wara karriera ta’ 13 il-sena, fit-2 ta’ Dicembru 200 fi tmiem il-finali tal- K-1 World Grand Prix fit-Tokyo Dome fil-Ġappun ħabbar li rtira.

Fil-karriera kellu 121 ġlieda professjonali fejn rebaħ 99 darba minnhom 62 darba b’Knock out u glieda li ntemmet draw.

Fil-Lukanda Westin Dragonara, Ernesto Hoost se jmexxi Seminar imfassal fuq żewġ sessjonijiet ta’ prattika mal-partecipanti.