Għal sena oħra, il-Pjazza tas-Siġġiewi inbidlet f’xena artistika għal-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka. Dan hekk kif il-Maltin u l-Għawdxin daħlu f’atmosfera solenni f’dan iż-żmien tal-festi mqaddsa.
Fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka, 1,500 fjakkola ġew mixgħula fi Pjazza San Nikola fl-attività tal-Mixegħla, bil-forma ta’ salib u s-simbolu tal-Ewkaristja magħmula minn fjakkoli kbar, bil-għan illi tinħoloq atmosfera ta’ solennità.
Apparti minn hekk, saret ukoll fjakkolata mat-telgħa tas-Salib tal-Għolja, li offriet spettaklu għal min attenda għal din l-attività.
It-tradizzjoni ta’ Mixgħela, bdiet lura fl-1994. U issa ssarraf attività annwali u sinonima mas-Siġġiewi. L-inizjattiva issir b’ħidma konġunta bejn il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi flimkien mal-Każin Banda San Nikola u l-Grupp tal-Armar.
Fost dawk li attendew għal din l-attività kien hemm il-Kap tal-PN bernard Grech u l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola…li ltaqgħu mal-familji li kienu preżenti fil-pjazza f’dan iż-żmien tas-sena li tant huwa għal qalb il-Maltin.
Intant, f’dawn il-jiem, is-Siġġiewi ra ukoll varjetà ta’ arti sagra tradizzjonali fil-Kappella ta’ San Ġwann Battista fejn kull sena ssir wirja li tissimbolizza l-passjoni u l-mewt ta’ sidna Ġesù Kristu.
//= $special ?>