Internazzjonali

L-Afrika: Tifla ssalva b’miraklu minn traġedja bix-xarabank

Tifla ta’ tmien snin salvat b’miraklu wara li xarabank ippakkjat bin-nies tilef il-kontroll waqt li għaddej minn fuq pont u spiċċa jaqa’ xi  50 metru għal ġo wied.

Fl-inċident, li seħħ fil-provinċja ta’ Limpopo, tilfu ħajjithom 45 persuna bir-rapporti jgħidu li t-tifla, li sofriet il-ġrieħi serji, tinsab f’kundizzjoni stabbli.

Ingħad li x-xarabank faqa’ barrier tal-pont bil-veloċità li kien għaddej biha qabel ħa n-nar fl-impatt mal-art.

Il-passiġġieri fix-xarabank kienu pellegrini li kienu qed jivvjaġġaw mill-Botswana biex jattendu servizz tal-Għid fil-belt ta’ Moria.