Lokali

Terremot ta’ qawwa 6.9 fuq l-iskala Richter jinħass fil-gżejjer Maltin

Diversi Matin u Għawdxin sostnew ma’ Net News li l-Ġimgħa filgħodu ħassew theżżiża ta’ terremot.

Jirriżulta li seħħ terremot fil-baħar Mediterran għall-ħabta tat-8:10am, proprju ftit ‘il bogħod minn pajjiżna, li kellu qawwa ta’ 6.9 fuq l-iskala Richter. Żewġ minuti wara biss, seħħ terremot ieħor b’qawwa ta’ 5.9 fuq l-iskala Richter.

Dan ikkonfermatu s-sit tal-Uffiċċju tar-Riċerka u Monitoraġġ ta’ Attività Siżmika fl-Università ta’ Malta.