Lokali

Tibda l-maratona ta’ Puttinu Cares f’jum il-Ġimgħa l-Kbira

Ftit tal-ħin ilu bdiet il-maratona ta’ Puttinu fejn bid-donazzjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi Puttinu jista’ jagħti għajnuna lil aktar pazjenti li jkollhom bżonn isiefru l-Ingilterra għall-kura.

Din il-maratona bdiet ftit sigħat biss wara li spiċċat il-mixja annwali tal-Ġimgħa l-Kbira b’risq Puttinu Cares, fejn kull parteċipant għamel donazzjoni lill-Puttinu Cares.

Il-maratona se tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali kollha fosthom fuq Net TV u se tibqa’ għaddejja sal-lejla.