Futbol Sport

Titħabbar il-mewt tal-eks difensur Internazzjonali Ingliż Larry Lloyd

Tħabbret il-mewt tal-eks difensur ta’ Nottingham Forest u Liverpool u tat-tim Nazzjonali Ingliż – Larry Lloyd . Huwa miet fl-età ta’ 75 sena.

Lloyd kien parti mit-tim ta’ Brian Clough , Nottingham Forest li rebaħ il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni fl-1977-78 qabel ma żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tac-Champions.

L-eks internazzjonali Ingliż rebaħ ukoll il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni 1972-73 ma’ Liverpool, flimkien mat-Tazza Uefa fl-istess staġun.

Larry Lloyd kien plejer integrali fit-tim tal-Nottingham Forest li b’mod memorabbli rebaħ it-Tazza tac-Champions wara xulxin fl-1979 u fl-1980, u b’kollox lagħab 214 il- partita għall-klabb.

Lloyd kien beda l-karriera tiegħu ma’ Bristol Rovers qabel ma Bill Shankly iffirmaħ għal £50,000 fl-1969 għal Liverpool fejn lagħab 218 partita.

Wara sentejn f’Coventry City, ingħaqad ma’ Nottingham Forest fl-1976, fejn lagħab għal ħames staġuni qabel temm il-karriera tiegħu bħala plejer-manager f’Wigan. B’kollox lgħab xejn anqas minn 599 partita bħala plejer professjonali inklużi erba’ partiti għat-tim Nazzjonali Ingliż bejn l-1971 u l-1980.

Huwa kellu wkoll perijodu bħala kowċ ma’ Notts County mill-1983 sa Ottubru 1984.