Sport Sport Ieħor

Tony Borg u Jonathan Bilocca jgħaddu għall-fażi finali tal-Premier League of Darts

Tony Borg u Jonathan Bilocca għaddew għall-fażi finali tal-Premier League of Darts meta kienu konsistenti tul ir-round ta’ kwalifikazzjoni li lagħbu fih.

Borg kiseb rebħiet identiċi ta’ 3-0 kontra Dennis Fenech, Charles Attard, Alfred Muscat u Brian Abela filwaqt li Bilocca għeleb lil George Ebejer 3-1, lil Kevin Aquilina 3-0, lil Glenn Cardona 3-1 u lil Pete Satariano 3-0.

Bilocca u Borg ingħaqdu ma’ Godfrey Abela, Anthony Borg, Albert Scerri, Norbert Attard,  Kirsten Aquilina u Enrico Scerri li diġa’ kisbu l-kwalifikazzjoni.

Jonqos għalhekk tournament ieħor sabiex jiġi determinat l-aħħar żewġ plejers li se jgħaddu għall-fażi ewlenija ta’ din il-kompetizzjoni.