Lokali

Tony Farrugia jimxi l-mixja ta’ Puttinu b’salib fuq dahru

Ritratt: Facebook

Kmieni l-ġimgħa filgħodu ġiet fi tmiemha d-dsatax il-edizzjoni tal-mixja ta’ sagrifiċċju b’risq Puttinu Cares, bis-somma finali minn din il-mixja tkun 92,500 ewro.

Din is-sena, il-parteċipanti segwew xena mhux tas-soltu, hekk kif Tony Farrugia għamel il-mixja kollha ta’ Puttinu waqt li kien qed iġorr salib fuq dahru. B’hekk wera reżiljenza u saħħa, f’sagrifiċċju minimu għal dak ikkumparat mas-sagrifiċċju ta’ Ġesù Kristu.

Farrugia temm il-mixja ta’ sagrifiċċju fil-Furjana għal ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu, wara erba’ sigħat mixja.