Futbol Sport

Veterani: Żurrieq Wolves jiksbu t-tieni rebħa staġjonali fuq Luxol

Żurrieq Wolves kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Luxol 4-1, b’din ir-rebħa ukoll tkun it-tieni rebħa staġjonali fuq Luxol din is-sena.

Iż-Żrieraq kienu qed jittamaw li jwaqqfu l-forma ħażina wara sensiela ta’ riżultati negattivi, b’dan ikun possibli bl-għjanuna tal-goalkeeper David Farrugia li bla dubju kien il-plejer tal-logħba b’diversi interventi kruċjali matul il-logħba.

Żurrieq fetħu vantaġġ doppju wara gowls ta’ Brian Axisa u Josef Vassallo.
Ftit minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Luxol ingħataw penalty li ġie skorjat minn Manolito Micallef iżda Żurrieq reġgħu żiedu l-vantaġġ b’gowl tajjeb ta’ Alex Abdilla.

Fit-tieni taqsima, il-Wolves issiġġillaw ir-rebħa permezz ta’ Clarence John Thompson li wara li rċieva tajjeb minn Robert Zammit xeħet f’lasta vojta.

Referee kien Reno Galea.

KLASSIFIKA – VMFA Cisk Championship Pool

MFPA 35, Gżira United 31, Birkirkara St Helen’s 29, Hibernians 19.

KLASSIFIKA – VMFA Cisk Challenge Pool

Luxol 17, Rabat 17, Żurrieq Wolves 6.