Sitwazzjoni ddisprata f’Gaza hekk kif ir-residenti qegħdin imutu bil-ġuħ jew imutu jipprovaw jaħtfu l-għajnuna li qed tasal viċin Gaza. Dan hekk kif tal-inqas ħames persuni tilfu ħajjithom waqt ferħ ta’ ġenn biex jieħdu l-ikel.
L-għajnuna umanitarja qed tasal viċin Gaza permezz tal-ajru fejn qed jitniżżlu paketti marbuta ma’ paraxut sakemm jaslu weħidhom fuq l-art.
Dan qed iwassal għal ħafna ġlied hekk kif dawk iddisprati għall-ikel u għajnuna oħra umanitarja qegħdin jitqattlu biex jieħdu l-għajnuna l-ewwel. Dan hekk kif din il-provvista ta’ għajnuna umanitarja, li qed tinkludi madwar 40,000 ikla, qed tasal biss kull ftit ġranet, u b’hekk il-poplu kollu qed ikolli jgħaddi fuqhom sakemm tasal kunsinja oħra.
B’bosta kritiċi qed jgħidu li dan il-metodu ta’ kif qed tassal din l-għajnuna umanitarja hija ta’ ftit għajnuna hekk kif qed twassal għal anarkija ikbar, bdawk il-gruppi li għandhom fil-pusses tagħhom xi armi jieħdu iktar għajnuna milli dawk li l-iktar għandhom bżonn.
Huwa stmat li iktar kmieni din il-Ġimgħa madwar 12-il persuna għerqu waqt li kienu qed jippruvaw jiġbru pakketti tal-ikel li spiċċaw waqgħu fil-baħar, dan hekk kif il-ġuħ f’Gaza qed ikompli jikber tant li Iżrael ġie akkużat li qed juża l-ġuħ bħala arma tal-gwerra.
Intant, il-gwerra qed tkompli tavvanza minkejja li l-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti talab għal waqfien immedjat mill-ġlied, tant li 82 Palestinjan inqatlu u 98 oħra sfaw midruba waqt l-attakki li Iżrael għamel fuq Gaza. Biex b’hekk ‘il fuq min 32,000 peruna sfaw mejta mis-7 ta’ Ottubru ‘l hawn.
L-Organizzazjoni Dinjija tas-Saħħa minn naħa tagħha qalet li tal-inqas 9,000 pazjent fil-Medda ta’ Gaza għandhom bżonn jiġu evakwati b’mod urġenti hekk kif l-għajnuna kollha medika qed tingħata biss min 10 sptarijiet li bilkemm qed jiffunzjonaw.
Qabel il-gwerra, f’Gaza kien hemm mas-36 sptar jiffunzjona u għalhekk dawk kollha li għandhom bżonn trattament għall-kanċer, trattament għal ġrieħi mill-bumbardamenti u anka għal kura ta’ mard kronoku għandhom bżonn li b’mod imnedjat jintbagħtu fi sptarijiet oħra barra minn Iżrael.
//= $special ?>