Internazzjonali

Fl-Olanda: Raġel arrestat wara li żamm numru ta’ persuni ostaġġi f’post ta’ divertiment

Fl-Olanda raġel ġie arrestat wara li għal sigħat sħaħ żamm erba’ persuni ostaġġi fi stabiliment tad-divertiment u beda jhedded li se joqtol lilu nnifsu.

Tliet ostaġġi minn erbgħa tħallew jitilqu l-ewwel, sakemm finalment, wara madwar sitt sigħat kienet rilaxxata l-aħħar persuna.

Eventwalment, daqs seba’ sigħat wara li beda kollox, ħareġ ukoll l-allegatament moħħ wara dan kollu.

Huwa mifhum li l-erba’ ostaġġi kienu ħaddiema tal-istabiliment u li ma sofrew mill-ebda ġrieħi.

S’issa għadu mhux magħruf x’wassal biex dan ir-raġel jidħol fl-istabbiliment bl-isem ta’ Cafe Petticoat u jhedded lil dawk preżenti… sitwazzjoni li ħolqot tensjoni kbira kif jixhdu il-filmati li qed jiġu mxerda minn bosta ġurnali.

Il-Pulizija, f’operazzjoni delikata, evakwaw lir-residenti taz-zona, madwar 150 dar fl-istess waqt li bdew jikkomunikaw u jinnegozjaw mar-raġel li kien qed iżomm lill-persuni ostaġġi. Sakemm finalment ta ruħu b idejh lill-Pulizija.