“Illum hija l-aħħar ġurnata tal-linja Nazzjonali l-Airmalta. Minkejja ħafna kliem fieraħ u assikurazzjonijiet vojta tal-Partit Laburista fil-Gvern, il-linja nazzjonali ser ikolla tagħlaq il-bibien darba għal dejjem”, hekk saħaq ix-Shadow Minister għat-Turiżmu Mario de Marco
F’dan il-jum iswed, il-Partit Nazzjonalista jrid l-ewwel nett jirringrazzja lill-ħaddiema kollha li ħadmu matul is-snin f’din il-kumpanija li tant ikkontribwixiet lejn is-settur turistiku ta’ pajjiżna. Għal ħafna snin, matul il-ħamsin sena tal-eżistenza tagħha, kienu l-ajruplani tal-linja tal-Airmalta li ġabu l-iżjed turisti lejn pajjiżna.
Il-Partit Nazzjonalista, filwaqt li jawgura futur hieni u risq lil-linja ġdida KM Malta Airlines, jawgura wkoll li l-Gvern Laburista ma jerġax jagħmel l-istess żbalji li għamel fl-Airmalta, żbalji li waslu biex fallew il-linja tal-ajru Nazzjonali.
//= $special ?>