Lokali

Illejla tinsiex iddawwar l-arloġġ siegħa ‘l quddiem għall-ħin tas-sajf

Illejla se nkunu qed indawwru l-arloġġ għall-ħin tas-sajf.

Il-ħin jinqaleb fis-sagħtejn ta’ filgħodu, biex jiġi it-tlieta – u allura, dal-lejl norqdu siegħa anqas.

Kull sena, fl-aħħar ta’ Marzu, immexxu l-arloġġ siegħa ‘l quddiem biex b’hekk il-ġurnata titwal aktar – prattika li issir fil-maġġoranza tal-pajjiżi madwar id-dinja, għalkemm hawn ħafna stati, fosthom ir-Russja, li ma jimxux ma’ din il-prattika.