Lokali

Jitlef il-kontroll tal-mutur u jsofri ġrieħi gravi

Ritratt: Martin Agius

Raġel ta’ 34 sena min-Nepal qed isofri minn ġrieħi gravi wara li għal ħabta tas-2 am tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u nqaleb.

L-inċident seħħ fi Triq il-Port Ruman, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija u tim mediku marru fil-post sabiex jagħtuh l-għajnuna meħtieġa. Iktar tard ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.