Sarah Bonnici flimkien mal-busker Harry Marshall kantaw d-diska ‘Shallow’ ta’ Lady Gaga fit-toroq ta’ Londra.
Sarah Bonnici permezz ta’ video fuq instagram qalet li minkejja li kienet tard biex tasal l-ajruport ma setetx titlef din l-opportunità.
Għalhekk wara sagħtejn li ltaqgħu miegħu Marshall introduċiha u flimkien kantaw id-diska Shallow li niżlet tajjeb ferm ma dawk li kien hemm preżenti.
Wara li kantaw id-diska Marshall qal lill-udjenza li jistgħu jisimgħu u jaraw lil Sarah fis-serata tal-Eurovision hekk kif hi se tkun qed tirrappreżenta lil Malta.
Sarah Bonnici se tkun qed tkanta fl-ewwel post matul it-tieni semi-finali.
//= $special ?>