Raġel ta’ 47 sena residenti Ħ’Attrad sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta bejn karozza u mutur.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00, fi Triq Notabile Birkirkara meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn Audi misjuq minn raġel ta’ 18-il sena residenti s-Siġġiewi, u mutur Honda misjuq mill-vittma.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie
ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.