Futbol Sport

Sliema fis-semi finali wara l-għoti tal-penalties u rebħa drammatika fuq Mosta

(Ritratt: Martin Agius)

Neil Camenzuli

MOSTA ………………………………………………………………..2 (4)

SLIEMA WANDERERS  ………………………………………2 (3)

Mosta: D.Akpan Udoh, T.Thomas (J.Farrugia 110’), A.Chara (O.Chukwudi 81’), S.Cachia,D.Aneni, L.Tenebe, N.Nnaji (A.Hovhannisyan 46’), W.Britto, J.Scerri (O.Sammut 99’), Z.Brincat (H.Nwoga 81’), K.Tulimieri (N.Agius 66’)

Sliema W: R.Al Tumi, J.Borg, J.Minala, V.Plut (J.Engerer 99’), M.Beerman, J.Arthur (L.Micallef 46’), G.Alcino, E.Agius, (N.Frendo 75’) D.Koua, H.Freire (M.Awad 46’), G.Acheampong.

Imwissija:  T.Aquilina 78’ Z.Brincat 80’, K.Tulimieri 90’, L.Tenebe 114’ (M)

Skorjaw: Z.Brincat 3’ D.Aneni 117’ (M) L.Micallef 76’ 116’ (S)

Referee: Fyodor Zammit

Assistenti Referees: Mithcell Scerri u Vasil Vasilev

Il-Mument Plejer tal-logħba: David Udoh Akpan (Mosta)

Sliema Wanderes għamluha għas-semi finali bl-iktar mod drammatiku meta dawru telfa f’rebħa kontra Mosta wara l-għoti tal-penalties. L-iskor wara 90 minuta kien 1-1, filwaqt li dak wara 120 minuta kien 2-2, bis-Slimiżi jirbħu bil-penalties bl-iskor ta’ 4-3.

Mosta bdew fuq nota tajba meta wara biss 3 minuti logħob il-captain Zachary Brincat sab ix-xibka meta għeleb lil Al Tumi li ħareġ minn fuq il-linja tiegħu, bl-attakkant jirnexxielu jaqbeż il-goalkeeper u jsib ix-xibka bla ebda diffikultà.

Sliema baqgħu jattakkaw minkejja li kienu minn taħt, bl-ewwel azzjoni denja ta’ nota għas-Slimiżi tasal fil-25 minuta meta Denis Kouao ħarab b’ġirja mil-lemin u ttanta xortih minn barra l-kaxxa, bil-ballun jgħaddi barra.

Sliema komplew jattakkaw biex fis-37 minuta ġew viċin ta’ gowl għal darb’oħra, din id-darba minn kross mix-xellug ta’ Jean Borg li wasal għand Acheampong li tefa’ barra b’konklużjoni akrobatika.

L-ewwel taqsima ntemmet 1-0 għal Mosta, b’ Sliema fuq l-attakk b’mod konsistenti jfittxu l-gowl tad-draw.

Fit-tieni taqsima kienet evidnti li sliema ħarġu jattakkaw meta fit-48 minuta Myles Beerman għamel ġirja veloċi max-xellug u kkonluda b’kross fil-kaxxa ż-żgħira li sabet lil Plut, bl-attakkant Sloven ma jirnexxielux isib ix-xibka bir-ras mill-viċin.

Sliema jerġgħu jattakkaw fil-54 minuta b’xutt mill-bogħod tas-sostitut Awad jirriżulta f’interven mill-isbaħ ta’ Akpan.

Wara siegħa logħob l-attakkant laterali Awad għal darb’oħra perikoluż mil-lemin b’xutt ieħor mid-distanza, din id-darba l-konklużjoni tgħaddi ftit barra.

Żewġ minuti wara iktar pressjoni mil-lemin, azzjoni maħduma tajba minn Awad u Kouao li tirriżulta f’xutt baxx u potenti ta’ Kouao u save tajjeb ta’ Akpan.

Sliema għamlu l-iskor indaqs fis-76 minuta meta s-sostitut Lydon Micallef sab ix-xibka minn ftit metri l’bogħod wara li żmarka ruħu fil-kaxxa u xeħet ġewwa minn korner li wasal mil-lemin.

Mosta skorjaw gowl fit-88 minuta permezz ta Henry Nwoga, madankollu wara li r-referee Fydor Zammit ikkonsulta mal-assistenti ħassar il-gowl hekk kif l-attakkant Niġerjan kien f’pożizzjoni rregolari.

Fl-aħħar minuta logħob tal-ħin regolari, ħafna azzjonijiet u ċansis għal Sliema biex imorru fil-vantaġġ, b’ Lydon Micallef kważi jsib ix-xibka minn kontrattakk, imma Akpan jilqa fil-baxx.

Fl-aħħar azzjoni tal-logħba, Sliema rebħu penalty wara handsball kommess minn Nathan Obidke, b’ Joseph Minala jinkariga ruħu minn 11-il metru ‘l bogħod. Ċans perfett għas-Slimizi biex jiskorjaw il-gowl tar-rebħa, madankollu l-eks midfielder ta’ Lazio ma jirnexxielux jiskorja b’ Akpan isalva l-konklużjoni fil-baxx.

B’hekk il-partita marret għal ħin barrani.

L-ewwel kwarta logħob mingħajr azzjonijiet denji ta’ nota,  biż-żewġ timijiet għajjenin wara iktar minn 100 minuta logħob.

Fil-113 minuta Sliema b’azzjoni tajba għall-gowl meta minn azzjoni personali mix-xellug Beerman ittanta xortih minn barra l-kaxxa bil-konklużjoni tgħaddi barra.

Bl-ikat mod drammatiku Sliema jdawru it-telfa fil-116minuta f’rebħa minn azzjoni mix-xellug Acheampong jitfa’ l-ballun fil-kaxxa u jsib lil Lydon Micallef, bis-sostitut għal darb’oħra jagħmel l-impatt u mill-viċin jixħet ġewwa għall dak li s-Slimiżi ħasbu li kien il-gowl tar-rebħa.

Pero Mosta ma qatawx qalbhom u minuta wara Daniel Aneni sab ix-xibka biex jagħmel l-iskor indaqs għal darb’oħra b’daqqa ta’ ras.

Il-gowl ta’ Aneni kienet l-aħħar okkażjoni tal-partita, bir-referre jsaffar għall-għoti tal-penalties.

Għal Sliema Wanderers kienu Awad, Micallef, Frendo, Alcino u li skorjaw filwaqt li Acheampong falla.

Intant, għall-Mosta kienu Farrugia, Cachia u Britto li skorjaw filwaqt li Tenebe u Agius li fallew.