Internazzjonali

Tinstab mużika ġdida ta’ Marvin-Gaye fil-Belġju

Mużika tal-kantant Amerikan, Marvin Gaye li qatt ma nstemgħu qabel instabu f’Belġjum 40 sena wara l-mewt tiegħu.

Marvin Gaye, għal dawn l-aħħar 40 sena, gawda minn fama inkredibbli… l-istess fama fuq livell ta’ artisti oħra fosthom Elvis u l-Beatles. Huma bdew il-karriera tagħhom b’rekords fuq il-vinyls, komplew fl-era ta’ CD’s u għadhom igawdu fama illum il-ġurnata fl-era diġitali.

Għalhekk, il-valur ta’ din il-kollezzjoni ta’ tapes mużikali li tikkonsisti f’rekords ġodda li qatt ma nstemaw qabel jistgħu ikollhom effett enormi fid-dinja tal-mużika.

U minkejja li Marvin Gaye safa maqtul minn missieru stess meta dan sparalu waqt li kienu qegħdin f’argument jaħraq f’Los Angelis, il-mużika tiegħu għadha tiddomina.

Fil-fatt, id-diski tiegħu f’xahar wieħed biss jintemgħu tal-inqas 20 miljun darba fuq medja varji bħar-radio u anke online. Waqt li d-diska tiegħu Ain’t No Mountain flimkien ma’ Tammi Terrel instemgħet iktar minn 2 biljun darba.

Bl-esperti jgħidu li din il-mużika ġdida ta’ żmien li fih għix fil-Belġjum taf terġa’ tiddomina ix-xena tal-mużika.