Ilkoll nafu li l-ħin tal-arloġġ inmexxuħ darbtejn fis-sena, iżda ħafna ma jafux għalfejn jiġri dan.
L-arloġġi jimxu siegħa ‘l quddiem fil-31 ta’ Marzu – Iġifieri fil-lejl li ġej jibda l-ħin tas-sajf, u s-2am isiru t-3am. U fl-aħħar Ħadd t’Ottubru, l-arloġġi jerġgħu jimxu siegħa lura.
Iżda min kien il-moħħ wara din il-prattika?
Il-ħinijiet tas-Sajf ġew introdotti fl-1916 wara kampanja qalila minn William Willett – il-bużnannu tal-kantant ta’ Coldplay Chris Martin – li kien jemmen li n-nies kienu qed jaħlu d-dawl tax-xemx matul is-Sajf.
Willett ippropona li l-arloġġi jiġu avvanzati b’20 minuta fis-2am f’erba’ Ħdud konsekuttivi f’April, u jitreġġgħu lura fl-erba’ Ħdud ta’ Settembru.
Madankollu, huwa spiċċa biddel il-proposta tiegħu għal tibdil ta’ siegħa tal-ħin tal-arloġġ – darba fir-rebbiegħa u darba fil-Ħarifa.
Fl-1909, l-idea ta’ Willett ma ġietx aċċettata fil-Parlament Ingliż, Iżda hu kompla jsostni fuq il-proposta tiegħu kemm fl-Ingilterra, kif ukoll fl-Ewropa u anke fl-Istati Unit sakemm miet ftit snin wara fl-1915, wara li tilef il-battalja tiegħu kontra l-influwenza.
Sena wara li Willett tilef ħajtu, il-proposta tiegħu għaddiet bħala liġi fil-Parlament, u sal-llum aktar minn 70 pajjiż madwar id-dinja għadhom jimxu ma’ din il-prattika.
Fl-2019 kien hemm pjanijiet biex din il-prattika ma tibqax iseħħ fl-Ewropa, iżda sa issa, il-ħolma ta’ Willett għadha sseħħ kull sena, minn diversi pajjiżi madwar id-Dinja.
Fatt interessanti ieħor hu li l-kanżunetta ta’ Coldplay ‘Clocks’ ġiet miktuba sabiex tfakkar l-bidla radikali li ġab Willett – imsejħa ‘Dayligħt Saving’.
//= $special ?>