Sport Sport Ieħor

Danielle Collins tirbaħ l-Open ta’ Miami

(Ritratt: EPA)

Danielle Collins rebħet l-Open ta’ Miami wara li fil-finali għelbet lil Elena Rybakina 7-5 6-3. Għal Collins dan jista’ jkun l-aħħar titlu tal-karriera tagħha hekk kif qed tippjana li tirtira fl-aħħar ta’ din is-sena. Dan kien it-tielet titlu fil-karriera tagħha u l-ewwel wieħed sa mill-2021.

Fi tmiem il-partita, Collins qalet li ħadmet ħafna sabiex tirbaħ dan it-titlu u l-partitarji li kien hemm fil-court għenuha tagħmel dan. B’din ir-rebħa, Collinsa saret it-tieni tennista unseeded li rebħet l-Open ta’ Miami wara Kim Clijsters fl-2005.

F’din il-partita, Collins irnexxielha tapprofitta minn żewġ żbalji ta’ Rybakina wara li tilfet żewġ break-points biex marret 5-3 fil-vantaġġ. Collins tilfet ukoll tliet match points qabel ma rnexxielha tagħmel ir-raba’ wieħed fejn aċċerta mir-rebħ tat-tieni set u mir-rebħ tal-partita.