Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ħadd filgħodu bdiet bil-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta minn Pjazza Pawlino Vassallo f’Bormla u baqgħet sejra sax-xatt tal-Birgu. Sabiex imbgħad, il-Banda tal-Forzi Armati flimkien mal-Gwardja tal-Unur laqgħu lill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-President George Vella, il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Mal-wasla tal-President ingħata s-salut nazzjonali. U wara li indaqqet il-fanfarra, tpoġġew il-fjuri fuq il-monument.
Il-programm tal-31 ta’ Marzu fil-Kottonera sar aktar kmieni mis-snin preċedenti sabiex ma jtellef xejn mill-attivitajiet marbuta mal-Għid il-Kbir. F’din il-ġurnata, il-pajjiż fakkar il-45 anniversarju mill-għeluq tal-bażi militari tal-Ingliżi f’Malta.
//= $special ?>