Knisja Kultura Lokali

Iċċelebrat Ħadd il-Għid f’diversi rħula fil-gżejjer Maltin

Matul il-jum tal-Ħadd, diversi nsara madwar id-dinja ċċelebraw l-Għid il-Kbir… festa li tiċċelebra l-qawmien mill-mewt tal-Mulej. Din il-festa hi ċċelebrata b’numru ta’ tradizzjonijiet differenti, bl-aktar waħda mistennija tkun il-ħruġ tal-vara ta’ Kristu Rxoxt minn numru ta’ parroċċi.

Il-knejjes kollha fil-gżejjer Maltin sebħu l-bidu tal-jum bid-daqq melodjuż tal-qniepen li bihom fakkruna li llum niċċelebraw l-Għid il-Kbir.

F’Malta, din it-tradizzjoni tmur lura sekli, u diversi irħula u bliet żammew din it-tradizzjoni ħajja fejn eluf iżommu l-appuntament annwali tagħhom biex isegwu l-ġirja bl-Irxoxt.

It-temp xemxi ppermetta dawn il-purċissjonijiet isiru.

Preżenti għal dawn l-attivitajiet f’Ħal Qormi kien hemm il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola kif ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.