Knisja Lokali

Illum il-festa tal-Għid il-Kbir

Dalgħodu, eluf ta’ Maltin u Għawdxin joħorġu fit-toroq tal-lokalitajiet fejn numru kbir ta’ bliet u rħula jorganizzaw il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt hekk kif illum il-Knisja tiċċelebra l-Għid il-Kbir.

Tradizzjoni li ma qatgħet xejn, dik li f’Ħadd il-Għid issir il-ġirja bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt, propju fil-jum li fih il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-akbar festa fil-kalendarju liturġiku tagħha; dik li tfakkar il-qawmien mill-imwiet ta’ Ġesù.

L-entużjażmu tan-nies ma jonqosx, speċjalment hekk kif ir-reffiegħa tal-vari jindikaw li jkunu lesti li jitilqu bil-ġirja bl-Irxoxt merfugħ fuq spallejhom.