Miljuni tat-Torok qed jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali li jiddeċiedu liema partit għandu jmexxi l-ibliet prinċipali tat-Turkija. L-elezzjonijiet, intant, huma wkoll ‘eżami’ għall-President Tork, Recep Tayyip Erdogan li qed jittama li jieħu lura l-kontroll mingħand l-Oppożizzjoni wara d-disfatta ta’ ħames snin ilu.
Il-belt ta’ Istanbul – bla dubju il-hub ekonomiku u soċjali tat-Turkija – ilha l-aħħar ħames snin amministrata minn Oppożizzjoni ta’ entitajiet magħquda taħt it-tmexxija tas-Sindku popolari Ekrem Imamoglu….Suċċess li kien kisser l-arja ta’ invinċibbiltà tal-President Erdogan wara sensiela ta’ rebħiet elettorali faċli.
Il-vot f’Istanbul, intant, qed jiżvolġi f’taqtigħa missielta u meta kull riżultat hu possibbli f’din il-belt ta’ 16-il miljun resident. Fl-istess ħin, ir-riżultat f’Istanbul għandu jindika jekk l-Oppożizzjoni Torka għandhiex timponi sfida kbira għal Erdogan u l-Partit Iżlamiku AK fil-Gvern waqt l-elezzjonijiet li jmiss għall-Presidenza li jridu jsiru fi żmien erba’ snin.
//= $special ?>