Basketball Sport

Kampjonat Louis Borg Nisa U/23: Luxol jippareġjaw il-finali

(Ritratt: Stephen Christopher Vella)

Colin Schembri

Luxol……………..49

Starlites………….47

(16-16)(12-13)(9-7)(7-8)(5-3)

Wara li Starlites rebħu l-ewwel finali 48-45, fit-tieni partita kienu Luxol li ħadu r-rebħa 49-47 wara l-ħin barrani biex issa r-rebħ tal-kampjonat irid jiġi deċiż fit-tielet finali. Luxol kienu dixxiplinati fid-difiża bil-coach Santino Coppa jaddotta sistema ta’ box and one fuq Mikela Riolo għal ħin twil. Kienu Luxol li ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 7-2 bill-punti tat-tlett aħwa Fenech Pace Lisa, Sarah u Anna. Mall-ħin Starlites bdew inaqqsu d-distakk bil-punti ta’ Catherine Cilia, Michela Zammit Cordina u Philippa Riolo. Luxol kellhom trippla ta’ Shanice Farrugia u ħadu vantaġġ ta’ 4 punti però Starlites ippareġjaw permezz ta’ Zammit Cordina u P. Riolo għal skor ta’ 16-16. Fit-tieni sessjoni basket ta’ Mariah Fenech poġġa lil Starlites minn fuq għal-ewwel darba. Luxol wieġbu permezz ta’ Lisa u Anna Fenech Pace però Zammit Cordina kellha 5 punti oħra għal Starlites biex baqgħu fuq quddiem 22-20. Luxol kellhom żewġ three pointers oħra minn Farrugia iżda kienu Starlites li daħlu jistrieħu minn fuq wara punti minn Andie Saliba, Catherine Vella u Zammit Cordina 28-29.

Wara l-intervall il-punti naqsu fejn wara li fl-ewwel minuta żewġ baskets ta’ S. Fenech Pace poġġew lil Luxol fuq quddiem, kellhom jagħddu 3 minuti għar-risposta ta’ Starlites bi trippla ta’ Saliba. Fl-aħħar minuta kien hemm basket ta’ Zammit Cordina għal vantaġġ ta’ Starlites però fl-aħħar attakk tagħhom Luxol kellhom trippla ta’ A. Fenech Pace għal skor ta’ 37-36. L-andament tal-partita baqa’ l-istess fl-aħħar sessjoni bit-timijiet aktar moħħhom fid-difiża tant li ftit saru punti. Sas-seba’ minuta kien hemm parita ta’ 40-40 meta wasal l-uniku basket ta’ M. Riolo li poġġa lil Starlites fq quddiem. Fl-aħħar seba’ sekondi, żewġ free-throws ta’ S. Fenech Pace għamlu l-iskor indaqs 44-44 u Starlites ma skurjawx fl-aħħar attakk biex il-partita marret għall-ħin barrani. Hawn kienu Luxol li bdew bl-ewwel erba’ punti minn S. Fenech Pace u Vanya Baldacchino. L-uniċi punti ta’ Starlites ġew minn Saliba però fl-aħħar żewġ minuti u nofs tal-ħin barrani kien hemm biss free-throw ta’ A. Fenech Pace li kien biżżejjed għal Luxol biex jerbħu l-partita 49-47.Il-finali deċisiva tintlagħab nhar it-Tlieta 9 ta’ April fis-sebgħa u nofs u min jerbaħ jerbaħ dan il-kampjonat.

Luxol: V. Selvaggi, L. Fenech Pace 7, H. Galea, E. Abela, M. Camilleri, S. Fenech Pace 17. J. Said, V. Baldacchino 2, S. Sciberras 2, S. Farrugia 11, M. Marmara. A. Fenech Pace 10.

Starlites: C. Cilia 6, M. Riolo 2, A. Saliba 11, E. Jo Degiorgio, M. Zammit Cordina 18, C. Vella 2, M. Fenech 4, Y. Ferrando, M. Sciberras, P. Riolo 4, M. Majkowska, J. Formosa

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi