Knisja Lokali

L-Arċisqof Charles Scicluna jiċċelebra l-Quddiesa tal-Għid il-Kbir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

Recording messagg tal-Milied - 14/12/23Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti

Illum ġiet iċċelebrata l-quddiesa tal-Għid il-Kbir, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Din il-quddiesa solenni ġiet iċċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J Scicluna. Ċelebrazzjoni li tfakkar l-ikbar festa liturġika fil-kalendarju tal-Knisja Kattolika, fejn niċċellebraw il-qawmien ta’ sidna Ġesu Kristu. Festa iċċelebrata mill-Kristjani kollha madwar id-dinja.

Fl-għomelija Arċisqof ta’ Malta, elenka żewġ fatturi importanti, mhux biss relatati ma’ din il-festa imma anke fil-ħajja ta’ kuljum. Ġew elenkati l-fatturi tal-ħajja u l-mewt, dewġ aspetti li jirrapreżentaw il-vjaġġ ta’ sidna Ġesù Kristu tul ħajju, biss meta huwa qam u reġa ingħata l-ħajja, reġġa lura l-element ta’ tama f’dawk kollha li ħabbewh. Kompla jsostni li din hija relevanti sal-lum għalix fejn hemm it-tama għal ħajja hemm ukoll il-fidi. Sostna li bħal Marija ta’ Magdala, li kienet l-ewwel waħda li rgħat lil Ġesù, aħna kollha l-evidenza tqawwilna qalbna u ssostni l-fidi tagħna.

Il-Monsinjur Arċisqof semma wkoll l-aspett tal-paċi, aspett li hu verament importanti speċjalment daż-żminijiet, għaliex l-ewwel jrid ikun hemm il-paċi fil-qalb.

Il-quddiesa għalqet bl-Innu Nazzjonali bħala sinjal ta’ rispett lejn il-festa tal-31 ta’ Marzu.