Internazzjonali

L-UE: Ir-Rumanija u l-Bulgarija jiċċelebraw l-isħubija parzjali fiz-Zona Schengen

Il-Bulgarija u r-Rumanija huma membri ġodda taz-Zona Schengen li tippermetti l-moviment ħieles fl-Ewropa – u b’dan it-tragward, għalihom, ikun realizzat wara stennija ta’ 13 is-sena.

Dawn iz-zewġ pajjiżi issa qed jestendu z-zona għall-ivvjaġġar ħieles mill-ajru u bil-baħar fl-Istati msieħba fil-ftehim ta’ Schengen — u mingħajr il-ħtieġa biex in-nies jgħaddu mill-iskrutinju uffiċjali mal-fruntieri.

Intant, l-Awstrija eżerċitat veto sinifikanti fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija u li jirrendi l-isħubija tagħhom bħala parzjali. Dan għaliex l-isħubija ġdida tal-Istati inkwistjoni ma tapplikax għar-rotot tal-art, bl-awtoritajiet Awstrijaċi qed jgħidu li r-rotot partikulari għandhom iwasslu għal aktar traffiku ta’ immigranti illegali li jippruvaw għall-kenn politiku fl-Eweropa.

Madankollu, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, tkellmet dwar is-suċċess tal-Bulgarija u r-Rumanija, fost l-enfasi li dan hu mument storiku għaz-Zona Schengen bħala l-akbar zona għall-moviment ħieles fid-dinja. Hi qalet li l-inklużjoni taż-żewġ eks-Stati komunisti tgħin fit-tisħiħ ta’ Ewropa aktar magħquda għaċ-ċittadini kollha.