Il-Ħadd għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku f’Limiti ta’ il-Buqana, l-Imdina.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza Citroen C5 misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Mosta, u mutur Triumph Tiger misjuq minn raġel ta’ 60 sena residenti Marsaskala.
Is-sewwieq tal-mutur ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>